You Are Here:
Six Greenpeace activists climb onto the European cargo ship 'SEA BEIRUT' as it tries illegally to enter a Turkish shipbreaking yard on the 4th May 2002
Enlarge ImageGreenpeace International bdiet fil-Kanada fl-1971 u llum għandha preżenza f’aktar minn 41 pajjiż u aktar minn 2.65 miljun membru mad-dinja kollha.
Greenpeace Mediterranean waqfu l-ewwel uffiċċju tagħhom f’Malta fl-1995, biex twaqqaf bażi għall-koordinazzjoni ta’ attivitajiet tal-Greenpeace fl-Albanija, l-Alġerija, it-Tuniżija, Ċipru, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Libanu, il-Libja, l-Marokk, Malta, is-Sirja, it-Turkija u l-Awtorità Palestinjana. Issa qegħdin nikkampanjaw attivament minn bażijiet f’Istanbul, Tel-Aviv u Bejrut.
Il-kampanji fir-reġjun tal-Mediterran ivarjaw minn dawk għall-preżervazzjoni ta’ l-ambjent permess tas-salvazzjoni tal-Baħar tal-Mediterran, is-sostituzzjoni ta’ power stations li jużaw il-karburanti b’sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu għall-promozzjoni ta’ Enerġija Paċifika u l-promozzjoni ta’ futur sostenibbli billi niġġieldu kontra l-iskart fil-Mediterran.