Skip navigation.
Rainbow Warrior II sets sail across the Mediterranean

Rainbow Warrior II sets sail across the Mediterranean

Enlarge Image

Il-vapuri tal-Greenpeace ilhom ibaħħru fil-Mediterran mis-sena 1986 biex imexxu riċerki fuq il-problem ambjentali, jiltaqgħu mal-membri tal-pubbliku u ma’ l-awtoritajiet lokali, iqajmu kuxjenza u jeżegwixxu azzjonijiet diretti fuq miri selezzjonati.

Greenpeace Mediterranean ġiet stabbilita f’Diċembru ta’ l-1995 u preżentament qegħdin jikkampanjaw attivament fl-Iżrael, il-Libanu, it-Turkija u Malta:

- għall-preżervazzjoni ta’ l-ambjent marittimu mit-tniġġiż tossiku
- biex jiġġieldu kontra l-emissjonijiet tossiċi minn inċineraturi fir-regjun
- biex jagħmlu pressjoni fuq l-industriji li qegħdin iniġġżu sabiex dawn jaddottaw teknoloġiji għal produzzjoni aktar nadifa
- għall-adozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija li jistgħu jiġġeddu biex b’hekk jipprevjenu sħana globali

Minħabba li qegħdin joperaw f’reġjun immarkata minn tensjonijiet politiċi u kunflitti territorjali, Greenpeace Mediterranean jibbażaw ruħhom fuq il-prinċipju li n-natura ma taf l-ebda fruntiera u l-anqas it-tniġġiż li qiegħed jheddida.

L-attivisti tal-Greenpeace fir-reġjun jaqsmu għan wieħed – futur nadif u paċifiku. Dan huwa uffiċju żgħażugħ li qed jaħdem f’pajjiżi ittormentati minn kunflitti u abbuż estrem ta’ l-ambjent. Madankollu, il-personal u l-voluntiera rnexxilhom jagħmlu differenza billi wetqu kisbiet varji permess ta’ kampanji effettivi.