You Are Here:
Amchitka kienet l-aħħar refuġju għall-aktar minn 3000 lontri tal-Paċifiku li huma fil-periklu ta’ estinzjoni, u d-dar ta’ bald eagles, bies u annimali salvaġġi oħrajn.
Għalkemm id-dgħajsa tagħhom, il-Phyllis Cormack, ġiet interċettata qabel ma waslet f’Amchitka, il-vjaġġ tagħhom qajjem ħafna l-interess tal-pubbliku.
L-Istati Uniti xorta splodew il-bomba, iżda l-vuċi tar-raġuni kienet laħqet instemgħat. It-testjar nuklejari fuq Amchitka waqaf għall-kollox dik is-sena stess, u l-gżira ġiet iddikjarata bħala santwarju ta’ l-għasafar.
Illum, Greenpeace hija organizzazzjoni internazzjonali li tagħti priorità lill-kampanji ambjentali globali.
Ibbażati f’Amsterdam, fl-Olanda, il-Greenpeace għandhom ma l-2.8 miljun membru mad-dinja kollha, u uffiċini nazzjonali u reġjonali f’aktar minn 41 pajjiż.
• Għal aktar informazzjoni fuq l-istorja tagħna, ara Time Machine at Greenpeace USA.
• Aqra fuq il-vittorji tagħna
• Biex tsir taf aktar fuq il-fundaturi tal-Greenpeace, ara l-website ta’ Greenpeace Awstralja.
• Greenpeace se tagħlaq 30 sena – aqra dwar il-kisbiet tagħna u isma l-istejjer tagħna ta’ matul is-snin (ikollok bżonn Flash plug-in).
• Żur is-sezzjoni dwar il-Kampanji għal informazzjoni aktar aġġornata dwar dak li qegħda tagħmel il-Greenpeace għall-protezzjoni ta’ l-ambjent għall-futur.